Ilbieraħ filgħaxija l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili mexxew operazzoni ta’ tifi tan-nar wara li l-fabbrika l-antika tas-sufarini nħakmet minn nirien. Il-fabbrika tinsab fil-Marsa.
Fi stqarrija l-Protezzjoni Ċivili qalet li n-nirien ġew ikkontrollati u anke saret tfittxija għal xi materjal perikoluż li seta’ kien hemm fl-istess fabbrika, liema tfittxija rriżultat fin-negattiv.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

