Tuesday, July 14, 2026
Home Internazzjonali Uffiċċjal tal-Pulizija Taljan imut wara li kien qed isegwi vettura f’Milan

Uffiċċjal tal-Pulizija Taljan imut wara li kien qed isegwi vettura f’Milan

0
10

Il-midja Taljana dalgħodu qiegħda tqasam aħbar ta’ uffiċjal tal-Pulizija ta’ 35 sena li matul il-lejl li għadda tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku f’Milan.

Skont il-midja Taljana, l-uffiċjal kien qiegħed isegwi Audi Q7 SUV li ma obdix l-ordinijiet tal-uffiċjali tal-Pulizija. Jirriżulta li waqt din “il-ġirja” hu tilef il-kontroll tal-mutur u tilef ħajtu.

Minkejja kull tentattiv biex jiġi salvat hu ġie ċċertifikat mejjet. Il-pulizija għaddejja bi tfittxija għal vettura li jidher li kellha pjanċi foloz.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here