Tuesday, June 23, 2026

“Jabbandunaw” tifla ta’ sitt xhur taħt tinda f’xemx qawwija fuq bajja fi Florida

Aqra wkoll

Omm u missier instabu ħatja li kienu abbandunaw tifla ta’ sitt xhur taħt tinda f’xemx qawwija fuq bajja fi Flordia fl-Istati Uniti. Mill-inqas din it-tarbija tħalliet għal siegħa taħt it-tinda sakemm il-ġenituri marru ma’ wliedhom l-oħrajn mixja fuq l-istess bajja.

Persuna li kienet għaddejja fuq il-bajja rat it-tarbija tibki taħt it-tinda u x’ħin indunat li kienet weħidha ċemplet lill-pulizija. X’ħin il-pulizija waslu fuq il-post, il-ġenituri ma nstabu mkien, iżda ħdejn it-tifla kien hemm xi mobiles.

Il-missier Brian ta’ 40 sena u l-omm Sara Wilkes ta’ 37 sena wara xi ħin waslu lura ħdejn it-tifla u qalu lill-pulizija li kienet tagħhom. Qalulhom ukoll li t-tifla kienet rieqda, poġġewha taħt tinda u marru jimxu bit-tfal l-oħrajn.

Il-qorti kkundannathom multa ta’ 754 dollaru kuk wieħed u 25 siegħa ta’ xogħol fil-komunità. Huma ġew ordnati wkoll li jattendu klassijiet ta’ kif irabbu lit-tfal filwaqt li ma jistgħux jidħlu aktar fl-istat ta’ Flordia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport