Saturday, November 16, 2024

Il-Protezzjoni Ċivili jsalvaw qattus minn appartament li nħakem min-nirien

Aqra wkoll

Il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ilejla kienu mpenjati f’operazzjoni tat-tifi tan-nar wara li appartament ħa n-nar fil-Ħamrun.

Għalkemm fl-appartament jidher li ma kien hemm l-ebda persuna, xorta waħda l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili komplew l-operazzjoni tagħhom mhux biss biex jitfu n-nirien, iżda wkoll biex isalvaw qattus.

Fuq il-post kien hemm tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei, li minkejja ma kienx hemm persuni nvoluti f’dan l-inċident xorta waħda taw l-ossiġnu lil qattus li kien qed ibati biex jieħu n-nifs konsegwenza tad-duħħan li bela.

Il-pulizija tad-Distrett qegħdin jinvestigaw il-każ.

Ekonomija

Sport