Friday, December 13, 2024

“Il-protokolli tajbin biżżejjed biex jassiguraw li t-tfal jirċievu edukazzjoni kif suppost li tinvolvi attendenza fiżika”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ftit ġranet qabel ma l-istudenti jirritornaw lura fil-bankijiet tal-iskola, il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima tkellem dwar l-importanza ta’ edukazzjoni kif suppost li tinvolvi attendenza fiżika u sostna li l-protokolli li hemm fis-seħħ huma tajbin biżżejjed biex jassiguraw li t-tfal jirċievu din l-edukazzjoni.

Huwa qal dan waqt programm televiżiv il-Ħadd filgħodu fejn fost l-oħrajn irrefera għall-fatt dwar  il-mod kif it-tfal kienu affettwati mill-pandemija u l-mod, kif ġiet spjegata mis-Supretendent tas-Saħħa, li l-iskejjel huma post sigur. 

“Dan huwa rifless ukoll fin-numri li kelna ta’ każijiet fl-iskejjel tagħna. L-iskejjel tagħna ovjament huma parti mid-dinja li qed ngħixu fiha, iġifieri mhumiex immuni, pero l-protokolli li hemm, u din hija deċiżjoni ta’ saħħa, huma tajbin biżżejjed biex wieħed jassigura li t-tfal tagħna jistgħu jirċievu edukazzjoni kif suppost. Jien ngħid edukazzjoni kif suppost tinvolvi attendenza fiżika.”

Huwa rrefera għal rapporti tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) fejn tgħid li l-iskejjel għandhom ikunu l-aħħar li jagħlqu u tisħaq dwar l-importanza li t-tfal jattendu b’mod fiżiku ġewwa l-iskola. Il-Ministru qal li l-iskola mhix biss l-aspett akkademiku imma huwa wkoll l-aspett ta’ żvilupp sħiħ tal-persuna.

“Qbilna li b’mod kontinwu l-awtoritajiet tas-saħħa jevalwaw u jħarsu lejn is-sitwazzjoni ġewwa l-iskejjel tagħna”

Filwaqt li rringrazzja lill-unjins li kienu proattivi, qal li kulħadd ġibed ħabel wieħed. “Irrid ngħid li qbilna wkoll li b’mod kontinwu jkollok propju l-awtoritajiet tas-saħħa illi jevalwaw u jħarsu lejn dik li hija s-sitwazzjoni ġewwa l-iskejjel tagħna. Li jiġri fi klassi ma jfissirx li jiġi rifless fi klassi oħra, bħalma dak li jiġri fi skola ma jfissirx li jiġi rifless fi skola oħra. Allura rridu nimxu pass pass biex naraw li t-tfal tagħna jieħdu dan il-perkors kollu.

Ekonomija

Sport