Friday, November 15, 2024

Il-pubbliku mistieden jirriżerva l-post tiegħu għal kunċert ta’ Christina Aguilera fil-EuroPride Valletta 2023

Aqra wkoll

Il-pubbliku jista’ jirriżerva l-post tiegħu għal kunċert ta’ Christina Aguilera li se jsir għal EuroPride Valletta 2023.

Il-kunċert se jsir fuq il-Fosos s tal-Floriana nhar is-Sibt 16 ta’ Settembru, huwa bla ħlas għal kulħadd, iżda minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, min jixtieq jattendi jrid jirriżerva l-post fuq: https://europride2023.mt/event/the-europride-concert/

Kull persuna tista’ tirriżerva sa massimu ta’ erba’ biljetti għal kull kategorija, li huma persuni ‘il fuq minn 17-il sena, il-kategorija ta’ persuni bejn l-14 u s-16-il sena, u kategorija ta’ tfal taħt l-14-il sena.

Persuni bejn 14 u 16-il sena se jkunu qegħdin jintalb firma tal-ġenituri biex ikollhom il-kunsenss tagħhom li jattendu filwaqt li tfal ta’ 14-il sena jistgħu jattendu biss jekk ikunu akkumpanjati minn persuni ta’ 18-il sena ‘l fuq.

Dan il-kunċert se jsir fi tmiem il-Pride March li għalih mistenni li jattendu eluf kbar ta’ Maltin u anke barranin li se jiġu f’pajjiżna apposta.

Min se jattendi biss għal Pride March m’għandux għalfejn jirriżerva l-post tiegħu, iżda dawk li jagħżlu li jieħdu sehem fil-mixja u wara jattendu għall-kunċert iridu jakkwistaw il-biljetti tagħhom. Min se jattendi għall-kunċert biss ukoll iridu jirriżervaw posthom.

Ekonomija

Sport