Friday, May 3, 2024

Il-pulizija Awstraljana b’appell mill-ġdid biex jinstab il-katavru ta’ Peter Falconio

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija Awstraljana reġgħet mill-ġdid ħarġet appell għall-għajnuna biex jinstabu l-fdalijiet ta’ Peter Falconio, backpacker Britanniku li kien inqatel 20 sena ilu. Ir-raġel ta’ 28 sena kien inqatel b’tir t’arma tan-nar meta hu u s-sieħba tiegħu Joanne Lees kienu ġew attakkati għal għarrieda f’Alice Springs lura fl-2001. Il-katavru tiegħu qatt ma nstab. 

Fl-2005, l-Awstraljan Brad- ley Murdoch kien instab ħati tal-qtil iżda minkejja t-talbiet kontinwi, hu baqa’ jirrifjuta li jgħid lill-awtoritajiet fejn jinsab il-katavru ta’ Falconio. 

Fl-20 anniversarju minn meta seħħ dan l-omiċidju,  il-pulizija f’Northern Territory reġgħu appellaw lill-pubbliku biex min għandu informazzjoni jgħaddiha lill-pulizija. 

Murdoch kien ingħata sentenza ta’ 28 sena ħabs wara li nstab ħati li qatel lil Falconio u weġġa’ lil Lees. Wara li Murdoch qatel lil Falconio huwa rabat lil Lees, iżda din irnexxielha taħrab u staħbiet għal ħames sigħat fl-arbuxelli waqt li l-qattiel kompla jfittixha permezz ta’ kelb. Hi finalment irnexxielha taħrab wara li xufier ta’ trakk li nzerta għaddej minn triq fil-viċin taha lift. 

L-attakk fuq din il-koppja Britannika huwa wieħed mill-iktar każijiet ta’ portata kbira ġewwa l-Awstralja. 

Sport