Aktar kmieni s-South End Core ħabbar il-miżuri li se jkunu qegħdin jittieħdu llejla għal dawk li se jattendu f’Ta’ Qali biex isegwu l-logħba tant mistennija mill-karozza tagħhom.
Fost miżuri ta’ mitigazzjoni se tkun qiegħda tittieħed it-temperatura, il-karozzi se jibdew jiddaħħlu u dawn se jkunu f’ammont limitat tant li se jkunu aċċettati biss dawk l-karozzi li rreġistraw bil-quddiem, jistgħu jneħħu l-maskra biss dawk li jgħixu fl-istess residenza u f’kull karozza huma aċċettati sa massimu ta’ erba’ persuni.
Intant il-Pulizija f’appell lill-pubbliku b’rabta ma’ din l-attività, fakkret dwar l-importanza li jitħarsu l-miżuri ta’ mitigazzjoni sabiex nibqgħu siguri.