Wednesday, April 24, 2024

Adoloxxenti b’ġenitali maskili u mrobbi bħala tifel għandu erba’ xhur tqala

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aħbar mhux tas-soltu hija dik ta’ Mikey Chanel, adoloxxenti ta’ 18-il sena li twieled bil-ġenitali maskili u qiegħed jistenna tarbija. Chanel trabba’ bħala tifel iżda meta sar jaf li għandu organi fertili u produttiv bħal tan-nisa, iddeċieda li joħroġ tqil u jsir ġenitur.

F’intervista li saritlu mis-“7News” l-adoloxxenti qal li minn dejjem kien iħossu differenti minn sħabu s-subien. Fil-fatt, minn testijiet li kienu saru lil ommu waqt it-tqala bih, kienu saru jafu li se jkollha tifla u għalhekk, kienet pjuttost sorpriża għal kulħadd meta mbagħad it-tarbija twieled b’ġenitali maskili.

Chanel, li joqgħod f’Boston Massachusetts, qal li kulħadd kien jinduna li huwa differenti. “Meta kelli biss ħames snin, kont inħobb nilgħab bil-basktijiet taz-zija u kont nagħmel il-lipstick ta’ ommi. Qatt ma ħassejtni tifel. Kont pjuttost iffemminat u ma ħassejtnix li għaddejt mill-perjodu ta’ pubertà li jgħaddu minnha s-subien,” spjega l-adoloxxenti.

Huwa qal li minn dejjem kellu statura femminili u li ftit li xejn kellu suf. Stqarr li fl-iskola kien vittma tal-bulliżmu fejn kienu jagħjruh omosesswali u “tranny”. Huwa kien iddikjara lilu nnifsu omosesswali meta kellu 13-il sena u aktar tard beda jiddubita jekk huwiex transgender.

Ħajtu inbidlet ta’ taħt fuq is-sena l-oħra waqt li kien għal viżta normali għand it-tobba. Huwa kien qiegħed iħoss sintomi strambi kull darba li kien jagħmel is-sess u t-tobba ddeċidew li jagħmlulu ultrasound fejn sabu li Chanel kellu utru u l-bqija tas-sistema riproduttiva tan-nisa. Hawnhekk it-tobba tawh l-aħbar li jekk irid, huwa jista’ jkollu tarbija fil-ġuf tiegħu.

L-adoloxxenti kien djanjostikat bil-kundizzjoni rari “Persistent Mullerian Duct Syndorme” (PMDS) fejn persuna titwieled b’ġenitali maskili u fuq ġewwa jkollu l-organi riproduttivi ta’ mara. Fil-każ tiegħu l-partijiet maskili kienu infertili, mentri dawk ta’ mara kienu jiffunzjonaw kif suppost.

Kien għalhekk li, minħabba li ma setax isir ġenitur jekk ma jġorrux huwa stess, Chanel għamel trattamenti apposta u uża donazzjoni tal-isperma biex ikollu tarbija. Illum il-ġurnata huwa jinsab fir-raba’ xahar tat-tqala tiegħu.

Sport