Saturday, May 4, 2024

Il-Festa Maltija u ftira Maltija jinsabu fi stat avvanzat li jkunu aċċettati bħala wirt Dinji

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-ħolma ta’ ħafna dilettanti tal-festi u anke dawk li jipproduċu l-ftira Maltija riesqa biex tkun imwettqa.  Dan hekk kif il-Ministru Josè Herrera fil-Parlament iddikjara li l-festa Maltija u l-ftira Maltija jinsabu fi stat avvanzat ħafna biex ikunu aċċettati bħala assi mhux tanġibbli ta’ wirt dinji tal-UNESCO. 

Hu spjega ukoll li “:f’dak li hu wirt tanġibbli Malta ilha ma jkollha siti jew monumenti ġodda reġistrati bħala wirt dinji sa mis-sebgħijnijiet. Qed nagħmel riforma f’Heritage Malta fejn se jkun hemm unit apposta u bi ħsiebna indaħħlu bħala wirt dinji siti bħala Imdina u ċ-Ċittadella. Hemm ħsieb ukoll li jiddaħħal  l-irdum tan-naħa tat-tramuntana ta’ Malta.”

Sport