Tuesday, November 26, 2024

Il-Pulizija b’appell ieħor għal informazzjoni b’rabta mal-mewt ta’ Degabriele

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed tkompli tappella biex kull min jista’ jkollu xi informazzjoni dwar inċident li seħħ fit-12 ta’ Awwissu li għadda javviċinaha anke b’mod kunfidenzjali. Dan wara li mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-bugħaddas jista’ jkun intlaqat minn xi opra tal-baħar.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Il-vittma ta’ dan l-inċident kien proprju Christian Degabriele, suldat u missier ta’ 35 sena minn Ħal Għaxaq.

Il-katavru tiegħu ntlemaħ kmieni filgħodu qrib il-Gżejjer ta’ San Pawl, wara li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi ta’ bejn ix-Xatt ta’ Buġibba u l-Gżejjer ta’ San Pawl, wara li r-raġel kien qed jogħdos fl-inħawi u ma telax.

Mill-ewwel bdiex tfittxija intensiva mill-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Protezzjoni Ċivili, li baqgħet għaddejja matul il-lejl.

Sport