Friday, May 3, 2024

Eldorado De Ver bit-tielet suċċess tas-sena fil-finali Gold

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Noel Baldacchino, Eldorado De Ver rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-kampjonat Bavaria għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza twila ta’ 2640m u għamlet parti  mill-21 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. 

12-il żiemel ħadu sehem fil-finali Gold. Cessillac (Charles Degiorgio) kien verament veloċi fil-bidu tal-finali u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Eldorado De Ver (Noel Baldacchino) u Diaz Dairpet (Cliferty Calleja). Madankollu 600m mil-linja finali ż-żiemel ta’ Degiorgio beda jnaqqas mill-pass u dlonk inqabeż minn Eldorado De Ver li baqa’ sejjer biex ħa t-tielet rebħa tal-istaġun wara li xejjen fl-aħħar l-isfida ta’ Ciroco d’Auvillier (Herman McKay). Eagle Pass (Rodney Gatt) u Eden Petteviniere (Jesmar Gafa’) daħlu warajhom f’dik l-ordni. Ir-rebbieħ kellu medja tajba ta’ 1.14.8” fil-kilometru.  

Fi tmiem il-finali, Jolein De Krijger f’isem l-isponsors ippremjat lil Noel Baldacchino u lis-sidien ta’ Eldorado De Ver. 

Ta’ min wieħed jinnota li f’waħda mit-tiġrijiet tal-klassi Gold, Casino d’Ourville f’idejn Paul Galea rnexxilu jirbaħ u jikser ir-rekord nazzjonali fuq id-distanza twila ta’ 3140m. Hu kellu medja ta’ 1.14.8” fil-kilometru. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Ideal Pierji (J. Gafa’) Ħin – 4.04.3” (1.17.8”) 2. Let It Be Me Tooma (R. Gatt) 3. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 4. Diego Jyl (J. Zahra) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Giotta Buissonay (C. Camilleri) Ħin – 4.01.3” (1.16.9”) 2. Echo Sellois (P. Galea) 3. Fast Loulou (N. Baldacchino) 4. Caporal De Larre (M. Debono) 

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Casino d’Ourville (P. Galea) Ħin – 3.55” (1.14.8”) 2. Enclos (R. Gatt) 3. Beatnik Turgot (Cherise Farrugia) 4. Come Back (J. Tabone)

IV Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Ticket To Ride (C. Vassallo) Ħin – 3.59.5” (1.16.3”) 2. Cadet (N. Baldacchino) 3. Hunter Montana (T. Demanuele) 4. Victory Wind (M. Fenech) 

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Darling Atout (R. Gatt) Ħin – 4.00.1” (1.16.5”) 2. El Gusto (Cherise Farrugia) 3. Be Bop Marceaux (J. Briffa) 4. Onceforall Face (B. Ħili)

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Attack Photo (D. Baldacchino) Ħin – 4.00” (1.16.4”) 2. Etel Du Pilet (P. Galea) 3. Doc De L’Ormerie (B. Ħili) 4. Bonbon Bleu (M. Falzon) 

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Dandy De Betton (N. Baldacchino) Ħin – 3.59.6” (1.16.3”) 2. Kasper Trot (R. Gatt) 3. Chemsak Vedaquais (J. Said) 4. Brem Orange (Ch. Cassar) 

VIII Tiġrija. Finali Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Eldorado De Ver (N. Baldacchino) Ħin – 3.17.5” (1.14.8”) 2. Ciroco d’Auvilier (H. McKay) 3. Eagle Pass (R. Gatt) 4. Eden Petteviniere (J. Gafa’)

IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Caline De Mai Capo (J. Gafa’) Ħin – 4.07” (1.18.6”) 2. Denver Haufor (R. Gatt) 3. Quickspin (C. Calleja) 4. Everest De Kacy (J. Buttigieg) 

Sport