Monday, October 28, 2024

Il-Pulizija bi tfittxija għal persuni involuti f’żewġ serqiet f’San Pawl il-Baħar u Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Bħalissa l-Pulizija għaddejja b’investigazzjoni b’rabta ma’ żewġ serqiet, li allegatament seħħew lbieraħ filgħaxija u kmieni dalgħodu.

Il-Pulizija sabet li l-ewwel serqa, jiġifieri dik tal-lbieraħ, seħħet għall-ħabta tal-10:30 p.m, meta raġel daħal f’ħanut tal-logħob fi Triq iċ-Ċern, f’San Pawl il-Baħar, allegatament armat b’sikkina. Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Intant, dalgħodu għall-ħabta tas-7:15 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’serqa oħra minn ħanut tal-merċa li jinsab fi Triq Xintill, Ħal Tarxien.

Minn stħarriġ illi sar, jidher li raġel mgħammad, allegatament daħal f’ħanut waqt li kien armat b’arma tan-nar u talab il-flus lill-kaxxiera. Huwa ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport