Monday, May 13, 2024

Għat-tieni sena konsekuttiva terġa’ tonqos il-popolazzjoni taċ-Ċina 

Aqra wkoll

Il-popolazzjoni taċ-Ċina rat tnaqqis għat-tieni sena konsekuttiva, b’dan kollu qed iwassal għal tħassib fir-rigward tat-tkabbir fil-ġejjieni f’din it-tieni l-akbar ekonomija dinjija. 

Skont ċifri maħruġa min-Nazzjonijiet Uniti, l-Indja qabżet liċ-Ċina bħala l-pajjiż bl-akbar popolazzjoni s-sena li għaddiet. Il-popolazzjoni fiċ-Ċina hi ta’ 1.409 biljun, tnaqqis ta’ aktar minn żewġ miljuni fuq is-sena ta’ qabel. Min-naħa l-oħra, il-popolazzjoni tal-Indja hi ta’ 1.425 biljun. 

Ir-rata tat-twelid fiċ-Ċina niżlet għal 6.39 għal kull 1,000 persuna. Dan kien f’livell ta’ pajjiżi oħra tal-Ażja tal-Lvant, fejn il-Ġappun ir-rata hi ta’ 6.3 u l-Korea ta’ Isfel b’4.9.

Wara għexieren ta’ snin b’politika kontroversjali li familji ma jkollhomx aktar minn wild wieħed, iċ-Ċina rrevediet din il-politika u qed tagħti sussidji filwaqt li fl-2021 ippermettiet lill-koppji li jkollhom sa tlitt iitfal.

Madankollu, dawn il-bidliet ftit li xejn ħallew impatt biż-żgħażagħ jirreferu għal kwistjonijiet relatati mal-għoli tal-ħajja fl-ibliet u l-prijoritajiet tal-karrieri fost in-nisa.

Sport