Sunday, December 22, 2024

Il-Pulizija bi tfittxija għal żewġ ħallelin li wettqu serqa minn ħanut fil-Gżira

Aqra wkoll

Il-Pulizija bħalissa għaddejja bi tfittxija għal żewġ ħallelin, hekk kif ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10:00 p.m, ġew infurmati li seħħet serqa minn ħanut fi Pjazza Memè Scicluna, il-Gżira.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li żewġt irġiel mgħammda u wieħed allegatament armat b’sikkina, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxier, raġel min-Nepal ta’ 33 sena.

L-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport