Friday, May 3, 2024

“Il-Pulizija fid-distretti ma jibbenefikawx minn special duty allowance” – Is-Segretarju tal-POU

Aqra wkoll

F’intervista ma’ dan is-sit, is-Segretarju tal-POU Chris Ellul ressaq numru ta’ sfidi li għaddejjin minnhom numru ta’ uffiċjali. Fost sfidi oħra huwa tkellem ma’ Talk.mt dwar nuqqas ta’ uffiċjali fil-Korp, bżonn ta’ skwadra speċjali f’Paceville u oħrajn.

Ellul qalilna li ma tistax titkellem fuq il-Korp tal-Pulizija u ma ssemmix id-distretti u l-Għases. Chris Ellul bla tlaqliq jgħidilna li “attwalment id-distretti huma l-uniku sezzjoni fil-Pulizija li ma jibbenefikawx minn dik li nsejħu ‘special duty allowance’.  Li ġara fl-aħħar xhur kien li tnaqqsu l-Pulizija mid-distretti minħabba il-Pulizija tal-Komunità. Issa  qed ikollna diversi ilmenti li hemm nuqqas ta’ Pulizija fid-distretti. Il-kunċett ta’ Pulizija tal-Komunità  nifhmuh u nemmnu fih imma nemmnu li jrid ikun hemm amalgamazzjoni aħjar mad-distretti fuq ir-responsabbilitajiet li għandhom. Il-Pulizija tal-Komunità tefgħu aktar piż fuq id-distretti.  Il-Covid19 naqqas l-impenji għall-Pulizija imma l-mistoqsija tagħna hi x’se jiġri meta tgħaddi l-Covid19?  Kif se nitrrattaw il-festi  u attivitajiet kbar, jekk hemm nuqqas ta’ Pulizija?”, temm jgħid Chris Ellul

Sport