Friday, April 19, 2024

Allegati abbużi sesswali fi Spanja… Investigati 251 qassis waqt li t-tfal vittmi jlaħħqu l-1,237

Aqra wkoll

Il-Knisja Kattolika fi Spanja qed tiffaċċja investigazzjoni kbira marbuta ma’ allegati abbużi sesswali minn qassisin. Filfatt kienet il-Knisja Kattolika fi Spanja stess li fetħet din l-investigazzjoni, u din tinvolvi xejn inqas minn 251 qassis u mijiet ta’ tfal li kienu abbużati.

Din l-investigazzjoni qed issir wara li l-ġurnal El Pais ippubblika ir-riżultat ta’ investigazzjoni li wettaq u li kienet ilha għaddejja tlett snin.  Fil-fatt il-korrispondent li wettaq din l-investigazzjoni ippreżenta dossier ta’ 385 pagna lill-Papa Fraġisku ftit jiem ilu. L-ammont ta’ vittmi ilaħħqu għal 1,237 tfal imma dawn jistgħu jiżdiedu ferm u ferm aktar.

L-allegazzjonijiet jikkonċernaw 31 ordni reliġjuża u 31 djoċesi minn madwar 70 djoċesi li hemm fi Spanja. L-aktar allegat każ ta’ abbuż sesswali antik imur lura għas-sena 1942, waqt li l-aktar wieħed riċenti seħħ fis-sena 2018.

L-investigazzjoni se tkun qed titmexxa mill-Konferenza tal-Isqfijiet Spanjoli. Din se tkun immexxi mill-kardinal Juan Jose Omella, li hu l-Arċisqof ta’ Barcellona. 

Il-kelliem għall-Vatikan, Matteo Bruni, f’dikjarazzjoni li ħareġ qal li l-Papa Franġisku irċieva id-dokumentazzjoni u għaddiha lil-awtoritajiet kompetenti.

Sport