Il-Pulizija bħalissa għaddejja bi tfittxija għal ħalliel, hekk kif aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6: 00a.m, ġew infurmati li seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Kbira f’Ħal Balzan.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel kien armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 49 sena.
Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin