Friday, December 27, 2024

Il-Pulizija għadha tinvestiga klijenti tas-Satabank

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, Sigurta Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri saħaq fil-Parlament li l-Pulizija għadha qed tinvestiga klijenti tas-Satabank.

Huwa kien mitlub mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi biex jagħti reazjoni għal rapport li deher fil-mezzi tax-xandir li nofs il-klijenti tas-Satabank suspettati b’xi reat għad ma tteħdux passi kontrihom.

Camilleri wieġbu li l-każi msemmija huma suġġett għal investigazzjoni mill-Pulizija u għalhekk ma jista’ jingħad xejn li jista’ jippreġudika l-istess investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport