Friday, July 18, 2025

Il-Pulizija huwa aktar minn xogħol … hija vokazzjoni nobbli li permezz tagħha s-soċjetá timxi f’ordni – PC Mark Anthony Cutajar

Rebbieħ ta’ unur prestiġjuż għall-qadi ta’ dmirijietu fil-Korp tal-Pulizija.

Aqra wkoll

Kif ġietek il-ħajra li tidħol fil-Pulizija?

Il-ħajra li nidhol Pulizija ġiet mill-fatt li kelli n-nannu Ġużeppi li kien suldat mar-Royal Malta Artillery u dejjem xtaqt li nkun fis-servizz peró għażilt li nkun Pulizija imbagħad wara daħal ħija fl-armata.

X’inhuma r-responsabbiltajiet tiegħek f’dan ir-rwol?

Jien bdejt kuntistabbli fid-distrett ta’ Ħaz-Żebbuġ meta dħalt fil-Pulizija nhar il-11 ta’ Lulju 2002.

B’kollox s’issa għamilt 22 sena u nofs fid-distrett imsemmi u li miegħu għandu s-Siġġiewi u Ħal=Qormi fejn ġieli kont inkun duty u issa ilni sena Assistent Personali mas-Supretendent, Galea Scannura.

X’tikkumenta fuq l-unur riċenti ferm prestiġjuż li rbaħt u dan x’fisser għalik personali?

Jien apprezzajt immens li persuna Maltija imma li emigrat lejn l-Awstralja tul ta’ żmien ilu rat l-inċident iseħħ u kitbet lill-Kummissarju direttament. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Kummissarju talab biex ningħata rikonoxximent.

X’kienet il-ħidma sinjifikanti tiegħek biex finalment irbaħt dan l-unur?

Kont qiegħed xogħol waqt attivitá fid-distrett u b’mod stantanju rnexxieli nimpedixxi milli jiġu milquta żewġ persuni billi warrabthom u żammejt l-istruttura magħmula mill-injam li kienet fuq ħadida ta’ xi 200kg milli taqa’ fuq it-tfal li kienu qed jilagħbu quddiemna, u dan kien ta’ sogru għal ħajti!

Kif jilqgħukom in-nies hemm barra bħala Pulizija? 

Jiddependi skont min ikunu n-nies li niltaqgħu magħhom. Hemm min japprezza x-xogħol tagħna, u hemm min il-ħin kollu jmaqdar jew ma japprezzax biżżejjed.

Intom li tant tkunu viċin tan-nies, kif tarawha s-soċjetá Maltija hemm barra u kif inbidlet tul is-snin ?

Iva jekk nista’ nwieġeb għal dawn it-23 sena, in-nies rajtha li nbidlet anke fil-konfront tal-imġieba tagħha mal-Pulizija. Hemm nukleu ta’ nies li baqgħu jirrispettaw il-Pulizija bħala awtoritá, iżda min-naħa l-oħra speċjalment il-ġenerazzjoni aktar ‘il hawn, il-Pulizija sa ċertu punt jarawha bħala istituzzjoni, iżda mhux b’dak ir-rispett li kienet tirċievi fis-snin l-imgħoddija.

Dan għalkemm b’mod ġenerali, il-Pulizija f’Malta tidher li hija waħda mill-istituzzjonijiet li l-pubbliku jafda fiha.

Għaddi messagg finali lil min jixtieq isir Pulizija.

Li l-Pulizija aktar minn xogħol … hija vokazzjoni nobbli u subblimi li permezz tagħha s-soċjetá timxi f’ordni u tħossha li hemm xi ħadd li jista’ jiddefendiha u jipproteġiha minn azzjonijiet ġejjin minn sorsi ta’ ħażen, qerq u għelt.

Kull min jagħżel din il-karriera għandu jġib quddiem għajnejh illi se jagħmel dan għas-servizz u l-ġid tal-oħrajn b’integritá!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport