Il-pulizija għamlu apoloġija bil-miktub lill-familja tal-ex player, Dalian Atkinson, sitt xhur wara li uffiċjal li sparalu b’tasered gun u tah bis-sieq f’rasu ġie mibgħut il-ħabs għal qtil involuntarju.
Iċ-Chief Constable ta’ West Mercia, Pippa Mills, qalet li kienet “iddispjaċuta ħafna”.
“Uniformi ta’ pulizija ma tagħtix l-immunitá lill-uffiċjali li jġibu ruħhom kontra l-liġi jew jabbużaw mill-poteri tagħhom,” hija qalet.
PC Benjamin Monk huwa l-ewwel wieħed li ntbagħat il-ħabs għal qtil waqt il-kustidju fi 30 sena.