Tuesday, April 30, 2024

Elusive 2 jirbaħ iż-Zhik Double Handed Figure of Eight Race

Aqra wkoll

Aaron Podesta u David Anastasi li qedin jtellqu fuq il-jott Elusive 2 ħarġu rebbieħa tal-aħħar tiġrija kompetittiva tal-ibburdjar għall-2021.

Mgħarufa bħala waħda l-iktar tlielaq antiki tal-kalendarju tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club, iż-Zhik Double Handed Race, appoġġiata minn RLR Yachting kienet oriġinarjament skedata li ssir aktar kmieni f’Diċembru iżda l-kundizzjonijiet estremi tat-temp, b’mod partikolari l-irwiefen u l-imbatt qawwi tal-ġurnata, raw it-tellieqa tiġi posposta għall-iktar tard f’Diċembru

L-Uffiċjal tat-Tellieqa Georges Bonello Du Puis bgħat l-flotta mill-Port ta’ Marsamxett fuq korsa ta’ 85 mil nawtiku lejn in-Nofsinhar ta’Malta.

Sitt dgħajjes laqgħu l-isfida ta’ dik li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar tlielaq iebsin fil-kalendarju tar-Royal Malta Yacht Club. Il-maġġoranza tagħhom kienu kompetituri b’ċerta esperjenz f’tlielaq double handed. L-inqas ta’esperjenza kienu l-ekwipaġġ ta’ Jan tal-Jarhead Foundation misjuqa minn Patrice Pace u Alex Ziegler, filwaqt li wieħed mill-iżgħar membri tal-flotta kien Kristian Borg Nicolas li ta’ sittax-il sena kienfit-tmun tal-jott J-Lance.

Fil-bidu tat-tellieqa, il-jott ta’ Jonathan Gambin kiseb vantaġġ f’bidu mgħaggel barra l-port ta’ Marsamxett. Viċin tiegħu kienu l-jottijiet Elusive 2 u Calypso, tal-familja Ripard.

Elusive 2 li kien wara Ton Ton ħadet il-vantaġġ mal-baga tal-Munxar fejn id-duo Podesta/Anastasi żammew il-vantaġġ sa ma waslu fejn ir-Royal Malta Yacht Club fejn spiċċat it-tellieqa.  It-tieni jott li spiċċat kienet l-Xpresso ta’ Sean Borg, filwaqt li Ton Ton Laferla Insurance kienet it-tielet dgħajsa.

Elusive 2 ġew iddikjarati rebbieħa tat-tellieqa.

Bil-klassifikazzjonijiet IRC, kienet il-jott Ton Ton Laferla Insurance ta’ Gambin li għelbet lil Calypso għat-tieni post, bi tliet minuti biss fuq ħin korrett.

Il-premjijiet, li kienu jikkonsistu f’għażla ta’prodotti Zhik ġew ippreżentati lir-rebbieħa minn Thomas Ripard, rappreżentant ta’ RLR Yachting.

“Din it-tellieqa forsi ma tippreżentax waħda mill-akbar flotot fil-kalendarju tat-tlielaq tal-Club iżda żgur turi spirtu kompetittiv u reżiljenti. It-tlielaq ta’ dgħajsa bejn żewġ persuni għal aktar minn sittax-il siegħa, f’kundizzjonijiet mhux faċli, żgur li mhux għal kulħadd.” Ikkummenta Georges Bonello DuPuis, Race Officer. “Kienet sabiħ li wieħed jara li d-dgħajjes kollha li kienu fuq il-linja tat-tluq, spiċċaw it-tiġrija b’mod sigur u nirringrazzjawhom talli kienu parti minn din it-tellieqa. Grazzi tmur ukoll lil RLR Yachting li ilhom ħafna snin jappoġġjaw din it-tellieqa”.

Il-Kalendarju tat-Tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club għall-2022 huwa skedat li jibda l-Ħadd 6 ta’ Frar, b’tiġrija qasira kostali.

Aktar informazzjoni jinkiseb fuq is-sit elettroniku tal-Klabb – www.rmyc.org

Zhik Double Handed Race Rizultati

1stElusive 2 (Aaron Podesta/ David Anastasi)
2ndTon Ton Laferla Insurance (Jonathan & Gerald Gambin)
3rdCalypso (Sebastian Ripard/Stefan Debattista)

Sport