Friday, April 19, 2024

Imut wara li waqa’ minn għoli mill-Ġnien ta’ Hastings

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena residenti Birkirkara miet wara li lbieraħ li għadda waqa’ minn għoli mill-Ġnien ta’ Hastings.

Il-Pulizija qalet li kien għall-ħabta tas-6.15 p.m. meta ġiet infurmata li ntlemħet persuna mal-art fil-foss ta’ San Ġakbu. 

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post iżda sfortunatament ġie iċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport