Monday, May 13, 2024

Il-Pulizija Ingliża tinvestiga l-possibbiltà li Khalife kien megħjun minn ġewwa l-ħabs biex jaħrab

Aqra wkoll

Il-Pulizija fl-Ingilterra jinsabu għaddejjin b’investigazzjoni b’rabta għajbien tal-priġunier Daniel Khalife.

F’dan l-istadju huma jinsabu għaddejjin b’investigazzjoni biex jiskopru jekk setax kien hemm għajnuna interna li wasslet biex is-suspettat ta’ attakk terroristiku ta’ 21 sena seta’ jaħrab mill-ħabs fejn kien qiegħed jinżamm anke minħabba l-esperjenza li kellu fil-passat bħala suldat.

Iż-żagħżugħ kien mistenni jgħaddi ġuri f’Novembru wara li allegatament ħalla bombi foloz f’bażi militari waqt li kien qiegħed iservi fl-armata.

Aktar minn 150 uffiċjal ta’ kontra t-terroriżmu jinsabu għaddejjin bit-tfittxija għalih wara li matul il-ġurnata tal-Erbgħa huwa rnexxielu jaħrab, x’aktarx billi qabbad mal-qigħ ta’ trakk li jwassal l-ikel fil-ħabs ta’ Wandsworth.

Filwaqt li l-każ qajjem kontroversja sħiħa rigward is-sigurtà fil-faċilitajiet korrettivi fil-pajjiż, is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin James Cleverly qal li l-gvern qiegħed jaħdem biex jintroduċi sitt faċilitajiet ġodda li mistennija joħolqu post għal 22,000 priġunier. Barra minn hekk f’reazzjoni għall-fatt li nuqqas ta’ uffiċjali u t-trattament ħażin tagħhom seta’ wassal għall-ħarba ta’ Khalife, Cleverly qal li diġà daħlu 4,000 rekluta u hemm mal-5,000 li għaddejjin mill-proċess.

Sport