Wednesday, July 24, 2024

Il-Pulizija Iżrealita “jattakkaw” ġurnalisti tal-BBC

Aqra wkoll

Ġurnalisti tal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC li bħalissa jinsabu fil-Lvant Nofsani biex jirraportaw dak li qiegħed jiġri, spiċċaw fil-mira tal-pulizija Iżraelita fil-belt ta’ Tel Aviv.

Huma twaqqfu mill-pulizija minkejja li fuq il-vettura li kienu fiha kien hemm indikazzjoni ċara li kienu ġurnalisti. Skont dak li qed jiġi rraportat huma ngħataw ordni biex joħorġu mil-vetturi u jekk ma kinitx se jobdu l-ordnijiet kienu se jisparaw fuqhom.

Kelliem għal BBC qal li l-ġurnalisti għandhom jitħallew fil-libertà biex jirraportaw dak li hu għaddej fil-Medda ta’ Gaza. Sostna li l-ġurnalisti tal-BBC mill-ewwel urew Press Cards, iżda l-pulizija Iżrealita xorta waħda ma ridux iħalluhom jitilqu minn fuq il-post.

“Wieħed mit-tims tal-BBC li jinsabu xogħol fil-Lvant Nofsani, spiċċaw ‘attakkati’ mill-Pulizija Iżraelita fejn saħansitra heddewhom bil-mewt,” qal kelliem għal BBC filwaqt li sostna li dan mhux il-mod kif il-Pulizija ta’ Iżreal qed titratta ġurnalisti u lill-midja li qed tirraporta l-verità kollha dwar il-Medda ta’ Gaza.

Ekonomija

Sport