Wednesday, December 25, 2024

Il-Pulizija jappellaw mill-ġdid biex il-pubbliku jinjora dawn il-messaġġi qarrieqa

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tappella għall-attenzjoni tal-pubbliku rigward messaġġi qarrieqa li qed jintbagħtu permezz ta’ e-mail.

Dawn l-e-mails qarrieqa qed jintbagħtu f’isem il-Korp tal-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjonijiet u/jew każijiet il-Qorti, u jitolbu li jsir kuntatt fuq indirizz elettroniku falz (eżempju: [email protected]). Dawn l-e-mails, li kopji tagħhom qed jidhru f’dan l-artiklu, mhuma xejn ħlief scams, issostni l-Pulizija.

Għaldaqstant, huma jappellaw sabiex dawn il-messaġġi jiġu injorati u mħassra immedjatament.

Ekonomija

Sport