Saturday, May 18, 2024

Cristiano Ronaldo se jsirlu t-test mediku ma’ Al-Nassar

Aqra wkoll

Rapporti qed isostnu li l-club tal-Arabja Sawdija, Al-Nassr, ibbukkja t-test mediku ta’ Cristiano Ronaldo biex din il-mossa hija konferma li l-attakkant Portugiż se jilgħab fil-Kampjonat Sawdi.

Ronaldo kellu l-kuntratt tiegħu ta’ Manchester United mitmum ix-xahar li għadda wara li ta intervista kontroversjali lil Pier Morgan fuq il-media soċjali fejn ikkritika lill-club, lill-coach attwali Erik ten Hag, lil players preżenti u anke tal-passat kif ukoll l-operat tal-club.

Minn dak in-nhar, il-player ta’ 37 sena pprova jsib club iżda l-ebda wieħed madwar l-Ewropa ma kien interessat fis-servizzi tiegħu.

Għaldaqstant kienu Al-Nassr li kienu interessati biex jingaġġawh għas-seba snin li ġejjin, b’sentejn bħala player u l-ħames snin l-oħra bħala ambaxxatur fejn huwa smat li se jaqla’ €200 miljun fis-sena.

Aktar minn hekk, huwa se jkollu l-fakultá li jagħżel il-coach li jrid biex imexxi lit-team fil-kampjonat.

Sport