Saturday, December 21, 2024

Il-Pulizija qed tinvestiga dwar allegat każ ta’ vvalenar fi flixkun ta’ għalliema

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga dwar allegat każ ta’ avvelenar ta’ għalliema fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca tal-Ħamrun. Ikkonferma dan ma’ Talk.mt kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni aktar kmieni llum.

Jidher li kienet l-istess għalliema li għamlet rapport lill-Pulizija wara li aktar kmieni din il-ġimgħa kellha tingħata attenzjoni medika minħabba effetti li sofriet wara li allegatment sofriet minn avvelenament.

Skont rapport fil-midja lokali, jidher li l-għalliema spiċċat bir-ragħwa ma’ ħalqa fost effeti oħra wara li xorbot mill-flixkun tal-ilma tagħha stess li allegatament kien fih xi kimika.

Ekonomija

Sport