Kien għall-ħabta tat-7.45am ta’ dalgħodu meta fl-Għassa tal-Belt Valletta daħal rapport li matul il-lejl kienu nsterqu 3 ritratti kbar li kienu qegħdin għal wiri quddiem lukanda ewlenija fid-daħal tal-Belt stess. Din is-serqa ġiet ikkonferma mill-kelliem għall-pulizija.

Dawn ir-ritratti huma tal-Fotografa Lorella Castillo li ġiet ikkummissjonata mill-Malta Fashion Week & Fashion Awards biex itella’ din l-esebizzjoni. Riratt ieħor li nsteraq hu tal-fotografu Zammit Lupi.
Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ biex jiġi stabbilit minn kien li seraq jew neħħa dawn ir-ritratti matul il-lejl li għadda.