Thursday, November 14, 2024

Il-Pulizija ssib dawk li possibbilment huma fdalijiet umani viċin is-sit fejn seħħet l-isplużjoni ta’ karavann f’Nashville

Aqra wkoll

Karavann sploda waqt li kien ipparkjat fi triq fil-belt Amerikana ta’ Nashville, mumenti biss qabel messaġġ rekordjat minn ġewwa l-karavann stess wissa dwar il-bomba. Intant il-Pulizija qed tikkunsidra l-inċident bħala “att intenzjonali”.

F’kummenti lill-aġenzija tal-aħbarijiet Associated Press, żewġ uffiċjali tal-Pulizija qalu li l-awtoritajiet kienu sabu fdalijiet umani fil-viċininanzi tal-isplużjoni li ħasdet lil Nashville fis-sigħat bikrin ta’ Jum il-Milied.

Il-Kap tal-Pulizija ta’ Nashville qal li l-pulizija kienet irrispondiet għal rapport ta’ sparar ta’ tiri ta’ arma tan-nar qabel ma skoprew li mill-karavann kien qed jinstema’ rekording ta’ twissija dwar bomba li kienet se tisplodi fi żmien 15-il minuta.

L-awtoritjiat qalu li għadu mhux ċert jekk kienx hemm persuni fil-karavann fil-mument meta seħħet l-isplużjoni. Madankollu sigħat wara l-pulizija rrapportaw li kienu sabu dawk li possibbilment kienu fdalijiet umani viċin fejn seħħet l-isplużjoni.

Ekonomija

Sport