Wednesday, July 24, 2024

Tokyo b’rekord ta’ każi ta’ Covid-19

Aqra wkoll

Il-kapitali Ġappuniża, Tokyo, illum irrapportat 949 każ ġdid ta’ coronavirus, l-ogħla rata ta’ każi ġodda mill-bidu tal-pandemija.

In-numru tal-każi ġodda qabeż ir-rekord preċedenti ta’ 888 każ li kien reġistrat ilbieraħ.

Intant bi 3,831 każ ġdid in-numru kumplessiv tal-każi mill-bidu tal-pandemija laħaq il-215,265. Dan filwaqt li n-numru tal-vittmi tal-virus tela’ għal 3,200, hekk if 64 persuna oħrajn mietu matul l-aħħar jum.

F’Jum il-Milied il-Ġappun ikkonferma wkoll l-ewwel ħames każi tal-varjant il-ġdid tal-virus fost passiġġieri li kienu qed jirritornaw mir-Renju Unit.

Il-pandemija ħalliet aktar minn 1.75 miljun vittma f’191 pajjiż minn Diċembru tas-sena li għaddiet.

Kważi 80 miljun każ kienu rapportati madwar id-dinja, b’aktar minn 45 miljun persuna jirkupraw mill-virus.

L-Istati Uniti, l-Indja u l-Brażil jibqgħu l-aktar pajjiżi milqutin mill-virus f’termini ta’ numru ta’ persuni li ġew infettati bil-virus.

Ekonomija

Sport