Sunday, November 24, 2024

Il-Pulizija ta’ Essex qegħdin ifittxu raġel li qed jisraq il-gażażi minn ħalq it-tfal

Aqra wkoll

Il-pulizija ta’ Essex fir-Renju Unit qed ifittxu raġel li allegatament qed jisraq il-gażażi min ħalq it-tfal fosthom trabi ta’ ftit xhur. Jidher li saru diversi rapporti f’dan ir-rigward lil pulizija fejn anke nħareġ ritratt li ttieħed minn CCTV biex il-pubbliku jgħin fit-tfittxija.

Paul Austi, il-Kap tal-Pulizija għad-distrett ta’ Harlow, f’Essex qal li qed isiru diversi inċidenti mhux tas-soltu fid-distrett. “Jien ġenitur ukoll u bilfors titħasseb meta jiġu rrapportati każi li jinvolvu tfal u anke trabi,” qal Austi.

Huwa assigura lir-residenti tad-distrett li hemm investigaturi li qed jinvestigaw bir-reqqa dawn il-każ fejn anke qed jaraw jekk hemmx xi każi relatati f’żoni oħrajn tar-Renju Unit.

Skont l-informazzjoni li għandha l-pulizija jirriżulta li r-raġel għandu madwar 20 sena u dejjem ikun libes ħwejjeġ li diffiċli jintgħaraf.

Austi ħeġġeġ lir-residenti biex jibqgħu għaddejjin b’ħajjithom iżda dawk li għandhom tfal u trabi, jekk joħorġu bihom jibqgħu viġilanti u għassa għal kull suspettat li jersaq lejhom.

Il-Kap tal-Pulizija għad-distrett ta’ Harlow qal li minkejja li għaddejja investigazzjoni biex dan ir-raġel jiġi arrestat, xorta waħda min għandu xi informazzjoni jitkellem mill-ewwel mal-investigaturi.

Sport