Saturday, November 16, 2024

Il-Pulizija tappella għall-informazzjoni rigward il-mara li tilfet ħajjitha f’inċident il-Gżira

Aqra wkoll

B’rabta mal-inċident fatali li seħħ ilbieraħ fi Triq ix-Xatt, il-Gżira, il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku biex min għandu xi informazzjon dwar il-mara li tilfet ħajjitha jgħaddiha lill-Pulizija anke b’mod kunfidenzjali. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-mara probabilment jisimha Tinka Ivanova.

Il-mara intlaqtet minn mutur Kymco li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar assistenza iżda ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Kull min għandu xi informazzjoni jista’ jċempel fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.

L-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija wkoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulzija.

Ekonomija

Sport