Friday, December 27, 2024

Il-Pulizija taqbad iktar minn 50 persuna li kienu taħt l-effett tal-akoħol waqt li kienu qed isuqu

Aqra wkoll

Is-sigurtà fit-toroq hija miżura bżonnjuża li trid tkun assigurata b’mod kostanti. Il-perikli fit-toroq ivarjaw iżda wieħed mill-aktar inkwetanti huwa dak meta jkollok sewwieq li jkun taħt l-effett jew tal-alkoħol jew tad-droga. Hawn l-attenzjoni tas-sewwieq tkun kompromessa b’konsegwenza ta’ periklu imminenti għal kull min ikun fit-triq. 

Proprju biex ikunu evitati inċidenti jew perikli, il-Pulizija jagħmlu kontrolli regolari fit-toroq tagħna. Fil-fatt, jirriżulta li minn Ottubru 2023 sad-9 ta’ Jannar ta’ din is-sena, perjodu li jkompri ftit aktar minn tliet xhur, il-Pulizija qabdet xejn inqas minn 59 persuni li kienu taħt l-effett tal-alkoħol waqt li kienu qegħdin isuqu. Fl-istess perjodu, 102 persuni sarilhom il-breathalyzer test – it-test li jikkalkula l-ammont ta’ akoħol ikkonsumat mill-persuna konċernata.

Din l-informazzjoni għaddiha l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Byron Camilleri fejn spjega wkoll li fil-perjodu msemmi l-Pulizija qabdu total ta’ 123 persuna taħt l-effett tal-alkoħol. 

Fil-parlament il-Ministru Camilleri ċċara li t-Taqsima tal-Infurzar fi ħdan Transport MaALta ma tagħmilx breathalyzer tests imma, “meta membri tat-taqsima waqt il-qadi ta’ dmirijiethom jiltaqgħu ma’ sewwieqa suspettati li huma taħt l-effett, jissejħu l-pulizija fuq il-post”.

Il-Ministru Byron Camilleri kien qiegħed jirrispondi għal żewġ interpellanzi li sarulu mid-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.

Ekonomija

Sport