Monday, May 13, 2024

Il-Pulizija tfittex persuna b’rabta ma’ serqa minn ħanut tal-logħob f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal ħalliel li aktar kmieni llum wettaq serqa minn ħanut tal-logħob li jinsab fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.

Għall-ħabta tas-1.30pm il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ u minnufih marret fuq il-post. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegat, Albaniż ta’ 36 sena.

L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. L-impjegat ma ġarrabx ġrieħi.

Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport