Monday, May 13, 2024

Premier League Ingliż: Nottingham Forest jitnaqqsulhom erba’ punti

Aqra wkoll

Nottingham Forest fallew fl-appell tagħhom kontra t-tnaqqais ta’ erba’ punti wara li kisru r-regoli dwar il-profitt u s-sostenibbiltà tal-Premier League (PSR).

Il-każ tal-club instema’ fl-24 ta’ April u l-bord tal-appell ikkonferma d-deċiżjoni oriġinali ta’ kummissjoni indipendenti li timponi s-sanzjoni.

Il-kummissjoni sabet li t-telf tal-Forest għall-2022-23 kiser il-limitu ta’ £61 miljun b’£34.5 miljuni.

Dan ifisser li l-Forest jibqgħu fis-17-il post u tliet punti  fuq iż-żona tar-relegazzjoni meta fadal żewġ partiti għat-tmiem.

Il-bord tal-appell magħmul minn tliet persuni wasal għal deċiżjoni “unanima” biex tinżamm id-deċiżjoni oriġinali mill-kummissjoni, u ġiet deskritta bħala “ċara u komprensiva”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport