Sunday, December 22, 2024

Il-Pulizija tfittex żewġ persuni li wettqu holdup Ħal Għargħur

Aqra wkoll

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għal żewġ persuni li allegatament wettqu holdup minn uffiċju Ħal Għargħur. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.15am fi Triq Triq Stiefnu Zerafa.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li mill-uffiċju nsterqu xi flus u wara li twettaq il-hold up il-ħallelin ħabru minn fuq il-post.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li ż-żewġ persuni kienu lebsin crash helmet u wieħed mill-ħallelin allegatament kellu arma tan-nar.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport