Wednesday, April 24, 2024

Il-pulizija tinvestiga dwar serqa minn ħanut fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet ilbieraħ filgħodu minn ħanut tal-merċa fil-Ħamrun.

Kien għall-ħabta tat-8:30 a.m li l-Pulizija rċeviet rapport b’rabta mal-ħanut Hello Asia Cash & Carry li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li meta s-sid wasal fuq il-post biex jibda l-ġurnata tax-xogħol tiegħu seta’ jinnota li xi ħadd kien sgassa l-bieb tal-ħanut. Jidher li xi persuna jew persuni rnexxielhom jisgassaw il-bieb tal-ħanut u jisirqu ammont ta’ flus kontanti.

Bħala parti mill-investigazzjonijiet, il-pulizija se tkun qed tiġbor filmati meħuda minn cameras tas-sigurtà fil-madwar.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Sport