Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ serqa li seħħet il-Ħadd filgħaxija fil-Belt Valletta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.15 p.m., xħin raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 57 sena residenti Birkirkara.
Ħadd ma’ weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.