Saturday, December 21, 2024

Il-Pulizija tinvestiga serqa minn ħanut fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa minn ħanut, li seħħet ilbieraħ filgħaxija, fiż-Żejtun. 

Kien għall-ħabta tat-8.00 p.m. meta l-Pulizija kienet infurmata bis-serqa, li seħħet fi Triq l-Isqof Emm. Galea.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li żewġt irġiel mgħammda u armati b’sikkina, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxiera – żewġ nisa ta’ 40 sena u 25 sena rispettivament. 

Iż-żewġt irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti. Il-kaxxiera ma sofrew l-ebda ġrieħi f’dan l-inċident. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca li fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għaż-żewġt irġiel involuti fis-serqa. 

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport