Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal żewġt irġiel li kmieni dalgħodu daħlu jisirqu minn ħanut f’Tas-Sliema.
Kien għall-ħabta tas-2.00 a.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut fi Triq ix-Xatt.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija fuq il-post irriżulta li żewġt irġiel allegatament armati b’sikkina, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxier, raġel min-Nepal ta’ 25 sena.
L-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.