Saturday, July 13, 2024

Il-Pulizija tispara u toqtol tifel ta’ 13 -il sena fi New York

Aqra wkoll

Il-Pulizija fl-istat ta’ New York sparat fuq tifel ta’ 13-il sena wara li ħarab mill-pulizija waqt li kellu replika ta’ pistola. Dawn id-dettalji ġew ikkonfermati mill-awtoritajiet tal-pajjiż.

Kelliem għall-Pulzija spjega li nhar il-Ġimgħa, l-uffiċjali tal-Pulzija waqqfu lit-tifel Nyah Mway flimkien ma’ tifel ieħor, hekk kif dawn kienu żewġ suspettatimfittxija. b’rabta ma’ serqa riċenti f’Utica.

Ingħad li hekk kif l-uffiċjali bdewjagħmlu xi mistoqsijiet lis-subien, Nyah ħarab bil-mixi u nqalgħet ġiri. Kien hawn,fejn il-Kap tal-Pulizija ta’ Utica, Mark Williams,irrimarkali li l-pulizija lemħu dik li dehret li kienet pistola fuq it-tifel. Huwa mifhum li uffiċjal pprova jżommlit-tifel fl-art, filwaqt li kien hemm uffiċċjal ieħor li spara lit-tifel f’sidru.

Minkejja li Nyah ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post, sfortunatament huwa miet fl-Isptar ta’ Wynn ftit tal-ħin wara. Wara li seħħ l-inċident,il-Pulizija ħarġet diversi minuti ta’ filmati tal-body kameras.

Min-naħat tiegħu is-sindku tal-lokal, Michael Galime appella sabiex tinżamm il-kalma. Qal li jifhem il-piż ta’ din is-sitwazzjoniu u aasigura li se jkun qiegħed jismakull tip ta’ verżjoni u evidenza.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport