Monday, May 13, 2024

Il-pulizija twettaq tfittxija fil-kwartieri ġenerali tal-federazzjoni Spanjola

Aqra wkoll

Aħbar li xxukkjat bil-bosta nies Spanjoli speċjalment dawk dilettanti tal-futbol hi dik li l-pulizija tal-pajjiż bdew ifittxu fil-kwartieri ġenerali tal-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol f’Madrid, bħala parti minn investigazzjoni dwar allegat każ ta’ korruzzjoni.

Hemm xnigħat persistenti li l-persuna involuta hi involuta fin-negozju apparti li jista’ jkun li għamel ħasil ta’ flus. Din l-istess federazzjoni allegatament hija involuta f’kuntratti mhux f’posthom f’dawn l-aħħar ħames snin.

B’kollox il-pulizija wettqu ħdax-il tfittxija f’diversi postijiet u saħansitra marru anke għand l-eks president Luis Rubiales. Aktar dettalji ħerġin dwar dan il-każ.

Sport