Sunday, May 19, 2024

Il-Pulizija twissi dwar messaġġi qarrieqa li qed jintbagħtu f’isem il-Maltapost

Aqra wkoll

Fid-dawl ta’ numru ta’ rapporti li saru mal-Pulizija f’dawn il-ġranet, il-Pulizija reġgħet wissiet lill-pubbliku biex ikun konxju ta’ messaġġi (SMSs) qarrieqa li reġgħu qed jintbagħtu f’isem il-kumpanija Maltapost.

Il-messaġġ li qed jintbagħat jidderieġi lill-klijenti lejn websajt falza li titlob id-dettalji tal-Kard ta’ Kreditu.

Dawn il-messaġġi għandhom jiġu injorati u mħassra immedjatament. 

Sport