Saturday, May 4, 2024

Se tibda tingħata t-tilqima kontra l-influwenza lil tfal ta’ taħt it-12-il sena

Aqra wkoll

Proprju kif ġie imħabbar ftit tal-jiem ilu, minn għada se tibda tingħata t-tilqima tal-influwenza fejn l-ewwel persuni li se jkunu qed jirċievuha huma dawk li għandhom ’l fuq minn 55 sena.

Waqt kollegament telefoniku dalgħodu, fejn tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija u l-importanza tal-booster, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li apparti minn hekk, din is-sena se tibda tingħata t-tilqima kontra l-influwenza lil tfal ta’ taħt it-12-il sena.

“Dawn s’issa m’għandhomx id-doża addizzjonali kontra l-Covid-19. Jidher ukoll li fix-xhur li ġejjin se jkun hemm il-possibiltà li nagħtuha u Malta diġà għandna ordnat il-booster tat-tfal mingħand il-Pfizer biex kif ikollna l-awtorizzazzjoni nibdew nagħtuha u nkunu fost l-ewwel pajjiżi li jagħmlu dan,” qal id-Deputat Prim Ministru.

Sport