Thursday, December 26, 2024

Il-Pulizija twissi dwar messaġġi qarrieqa minn email falz

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar jien il-Korp tal-Pulizija rċieva numru ta’ rapporti rigward messaġġi qarrieqa li reġgħu qed jintbagħtu permezz tal-email, taparsi qed jintbagħtu f’isem il-Korp tal-Pulizija. 

Il-Pulizija qalet li fl-istess email hemm miktub li qed tinġibed l-attenzjoni li bdiet “investigazzjoni mill-Brigata tal-Protezzjoni tat-Tfal” b’rabta ma’ reati li jinvolvu pornografija tat-tfal, pedofelija, u anke pornografija fuq l-internet. 

Kull min qed jirċievi din l-email qarrieqa qiegħed jintalab ukoll biex iwieġeb fi żmien 48 siegħa għal erba’ akkużi u min jonqos jinħareġ mandat ta’ arrest kif ukoll multa ta’ €75,000.

Għaldaqstant il-pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku li dawn il-messaġġi għandhom jiġu injorati u mħassra immedjatament. 

Ekonomija

Sport