Wednesday, July 24, 2024

Bernard Grech iwiegħed li PN fil-gvern jibni sptar ġdid f’Għawdex

Aqra wkoll

“Għandek servizz tas-saħħa li minkejja x-xogħol ta’ diversi professjonisti, sfortunatament għax il-Gvern jibqa’ jixxaħħaħ, mhuwiex qed isir biżżejjed. Għalhekk il-wegħda tagħna hija ċara. Il-pjan tagħna għal Għawdex huwa ċar, aħna Għawdex se nkunu qegħdin nibnu Sptar ġdid”.

Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt li kien qiegħed jindirizza attivita politika fi pjazza l-Arċipriet Martin Camilleri, fin-Nadur. Grech qal li kellu l-opportunità li jgħid kelmtejn ma’ raġel illi kien tiela’ lura lejn Għawdex wara li niżel Malta biex jieħu l-kimoterapija.

Spjega kif dan ir-raġel irid jagħmel madwar sitt sigħat sabiex jieħu dan is-servizz, li f’Malta jieħu madwar siegħa u nofs. Grech irrefera għal din is-sitwazzjoni bħala waħda diskriminatorja u qal li Partit Nazzjonalista fil-gvern itejjeb il-ħajja tal-Għawdxin.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla biex jgħid li din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli.

Dwar is-saħħa mentali f’pajjiżna, Grech qal li Gvern Laburista ilu ħafna jwiegħed sptar mentali ġdid ġewwa Għawdex. Irrimarka kif Chris Fearne bħala Ministru tas-saħħa kien wiegħed dan imma baqa’ ma wettaqx dak li wiegħed. 

Ekonomija

Sport