Tuesday, May 14, 2024

Il-Pulizija u r-Rettur jiċħdu l-allegazzjonijiet tal-MUT

Aqra wkoll

B’rabta mal-allegazzjoni maħruġa aktar kmieni mill-Unjin tal-għalliema rigward pulizija li kienu mqabbdin mill-kulleġġ San Albert biex jagħmlu sorveljanza fuq studenti, kemm il-Pulizija kif ukoll ir-Rettur Aaron Zahra ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet.

Fi stqarrija maħruġa mill-Korp tal-Pulizija illi fit-12 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, kif awtorizzati, żewġ uffiċjali tal-pulizija taw taħdita dwar ix-xogħol tal-Pulizija ġewwa dan il-Kulleġġ.

Irriżulta wkoll li fil-21 ta’ Ottubru, fil-ħin liberu tiegħu, wieħed minn dawn l-uffiċjali kien qiegħed fil-preżenza tar-Rettur ġewwa l-Kulleġġ San Albert meta f’ħin minnhom intalab jassisti b’superviżjoni ma’ klassi għal ftit minuti sakemm wasal uffiċjal tal-Kulleġġ. 

Intqal ukoll li mill-istħarriġ intern tal-Korp li sar, ma rriżulta b’ebda mod li dan l-uffiċjal uża xi metodu biex jiddixiplina lill-istudenti iżda saħansitra utilizza dan il-ħin sabiex jgħarrafhom dwar l-operat tal-Korp.

Min-naħa tiegħu r-Rettur Aaron Zahra, flimkien ma’ ritratt mehmuż, ikkonferma l-istqarrija tal-Pulizija u qal li l-attività kienet waħda informattiva u edukattiva.

Ir-Rettur stqarr li ma hemm l-ebda Pulizija pajżana li huma impjegati mal-Kulleġġ biex iwettqu xogħol ta’ superviżjoni flok l-għalliema.

Sport