Wednesday, April 24, 2024

Paris St-Germain jiċħdu li Kylian Mbappe kien se jaqla’ €636 miljun f’kuntratt ta’ tliet snin

Aqra wkoll

Paris St-Germain ċaħdu rapporti fil-media Franċiża li l-kuntratt ta’ tliet snin ta’ Kylian Mbappe kien jammonta għal €636 miljun. 

Fi sqtarrija huma qalu: “Wara l-artiklu sensazzjonali li ġie ppubblikat il-Ħadd dwar il-club u wieħed mill-players tiegħu, Paris St-Germain jiċħdu kategorikament ir-rapport dwar il-kuntratt ta’ Kylian Mbappe.” 

Il-ġurnal Le Parisien żvela li Mbappe kien se jaqla’ €636 miljun fuq perjodu ta’ tliet snin. Il-mira ma kienx Mbappe biss minħabba li mhux l-ewwel darba li ġew ippubblikat artikli fuq is-salarji ta’ Lionel Messi u Neymar. 

“PSG jikkonfermaw li l-istorja hija kompletament falza u li ebda dettall wieħed m’hu korrett,” kompliet tgħid l-istqarrija. 

Il-club Pariġin jemmen li dan it-tip ta’ artiklu kien manuvra biex jiddistabilizza li t-team ftit sigħat biss qabel il-logħba importanti mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Maccabi Haifa. 

Sport