Friday, April 26, 2024

Chelsea interessati fis-servizzi ta’ Cristiano Ronaldo

Aqra wkoll

Rapporti fil-media Ingliża qed isostnu li s-sid ta’ Chelsea Todd Boehly irid jagħmel użu mir-relazzjoni mill-qrib tiegħu ma’ Jorge Mendes biex jiffirma lill-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, mingħand Manchester United. 

Il-Pensioners kienu interessati fis-servizzi tiegħu matul is-sajf li għadda iżda n-negozjati ma komplewx għaddejjin minħabba li l-coach ta’ dak il-perjodu, Thomas Tuchel, ma kien interessat li jingaġġah. U din kienet waħda mir-raġunijiet li r-relazzjoni bejn Tuchel u Boehly bdiet teħżien. 

Peró issa l-affarijiet inbidlu kompletament minħabba li Ronaldo nnifsu jrid jitlaq minn Old Trafford wara li ġġieled mal-coach Erik ten Hag wara li l-player ta’ 37 sena ma ried jidħol bħala sostitut fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Tottenham Hotspur bil-konsegwenza li telaq mill-ground ħames minuti mit-tmiem. 

Anke l-ġerarkija tar-Red Devils trid “teħles” minn Ronaldo u għaldaqstant mhux se jkunu ta’ ostaklu għalih jekk xi club juri xi interess partikolari. 

Sport